Kummissjoni Ambjent

L-importanza ta’ ppjanar tajjeb tal-bini f’Malta – Il-Kummissjoni Ambjent

Every year, the Interdiocesan Environment Commission (KA) issues a statement on this day to highlight the importance of sound planning for Malta, one of the most densely populated countries in the world. For such a small country, a planning process which is not hijacked by vested interests is of paramount importance, if the country is to pursue the route to sustainable development for the benefit of both current and future generations… Kompli aqra »

Proġett ieħor tal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent favur Ekoloġija Integrali

Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent, il-Patrijiet tal-Ordni tal-Franġiskani Minuri u ċ-Ċentru għall-Edukazzjoni Ambjentali u r-Riċerka tal-Università ta’ Malta għal darb’oħra ngħaqdu flimkien biex organizzaw kors ieħor ispirat mill-Enċiklika Laudato Si’ tal-Papa Franġisku.

Il-ħsieb wara l-kors ‘Mimicking Natural Ecosystems – Growing Food Sustainably’ kien li jservi ta’ għodda oħra biex wieħed jiskopri kwalità ta’ ħajja aħjar permezz ta’ proċessi sempliċi u antiki bħal ma hi l-agrikultura… Kompli aqra »

L-Ambjent: pass ’il quddiem u qabża lura

Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tinnota b’sodisfazzjon l‑approvazzjoni ta’ mozzjoni mill‑Parlament Malti li tiddikjara emerġenza fil‑klima.

Is‑sodisfazzjon tal‑KA għall‑pass li ħadet l‑ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna b’din id‑deċiżjoni ttappan bil‑kbir meta lbieraħ tħabbret id‑deċiżjoni li l‑Awtorità tal‑Ippjanar approvat applikazzjoni biex binja mitluqa fuq art barra ż‑żoni tal‑iżvilupp ġewwa l‑Qala Għawdex tinbidel f’villa moderna. Il‑KA ttenni li deċiżjonijiet bħal dawn juru insensitività kbira min‑naħa tal‑awtorijiet għall‑wirt naturali tal‑gżejjer tagħna u għal serħan il‑moħħ tal‑Maltin u l‑Għawdxin kollha, u tqisha bħala qabża lura mill‑aħbar tajba li kellna għaxart ijiem ilu… Kompli aqra »

Il-Kummissjoni Ambjent dwar il-Baġit 2020

Għażiż Prof. Scicluna,

Proposta Baġit 2020: Studju Nazzjonali dwar il-propjetà

Bħalma għamlet fis-snin li għaddew, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) qiegħda għal darb’oħra tistieden lill-Gvern biex iniedi studju nazzjonali dwar il-propjetà. Sal-lum il-KA għadha ma tistax tifhem għalfejn il-Gvern qed iżomm lura milli jagħmel dan. Din hija r-raba’ sena li l-KA qed tħeġġeġ lill-Gvern biex jerfa’ r-responsabbiltajiet tiegħu u jniedi tali studju li jkollu l-parteċipazzjoni sħiħa tal-istakeholders kollha fit-tfassil tat-terms of reference… Kompli aqra »

Imħabba vera u rispett sinċier lejn il-Ħolqien

  • Fl‑okkażjoni tax‑Xahar tal‑Ħolqien, il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tefgħet l‑lenti tagħha fuq xi eżempji ta’ greenwashing li rat iseħħu f’pajjiżna matul is‑16‑il sena li ilha mwaqqfa. Greenwashing isir meta xi ħadd bi kliemu jagħti l‑impressjoni li qed iħares l‑ambjent, meta fil‑verità jkun qed jagħmel xort’oħra. Il‑KA hi kritika ħafna tal‑mod kif dikjarazzjonijiet pubbliċi jippruvaw jiksbu kredibbiltà billi jiddikjaraw li deċiżjonijiet li se jittieħdu huma bbażati fuq studji xjentifiċi li, ħafna drabi, qatt ma jkunu ppubblikati u disponibbli għall‑iskrutinju pubbliku…

  • Kompli aqra »

Il-policy riveduta dwar il-pompi tal-petrol: ambigwa apposta jew b’nuqqasijiet ġenwini waqt it-tħejjija? – Kummissjoni Ambjent

  • Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) hija tal‑fehma li l-policy proposta dwar il‑pompi tal‑petrol ma ġietx riveduta sew qabel ma ġiet ippubblikata u li t-tħejjija tagħha saret b’ħafna għaġla. Dan forsi minħabba l‑protesti assertivi li saru u li kienu qed jibdew jimbarazzaw lill‑awtoritajiet.

    Il-policy proposta tgħid: “Any fuel station permitted by this policy document which is not used for a period of three consecutive years within thirty years from the date of the issue of the permit, and/or is not used for its permitted purpose shall be demolished at the expense of the owner, and the site has to return to agricultural state”…

  • Kompli aqra »

Kummissjoni Ambjent: Il-waqgħa ta’ bini, il-ħsarat, u s-sigurtà u saħħet in-nies

  • “Everyone has the right to respect for his private and family life, his home and his correspondence” (Article 8 of the European Convention on Human Rights). It is the right of every individual to live peacefully and to enjoy his or her own property, safely. It is, therefore, an obligation of all players in the construction industry, including contractors, developers, policymakers, site managers, architects and other professionals and workers employed in the construction industry to leave no stone unturned to ensure apart from their own safety, that of people in spaces being developed/redeveloped and those adjacent to construction sites…

  • Kompli aqra »

Proposta lill-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew 2019

  • The Interdiocesan Environment Commission (KA) invited the Maltese candidates for the European Parliament elections to promote the KA’s bid, if elected, so that all citizens, both in Malta and in all other member states of the European Union, would be given the opportunity to express their views, effectively and at the right time, when all the alternatives in a development proposal financed by the EU are being considered…
  • Kompli aqra »

Kummissjoni Ambjent: Lejn soluzzjoni sostenibbli fl-aċċessibbiltà bejn Malta u Għawdex

  • Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tappella lill-Gvern, bħalma diġà talbet kważi sentejn ilu, biex jippubblika l-istudji u l-istħarriġ li għamel dwar:

    1. L-alternattivi kollha għal aċċessibbiltà aħjar bejn Malta u Għawdex, u liema minn dawn l-alternattivi—waħda jew aktar—toffri/joffru l-aħjar aċċessibbiltà b’mod sostenibbli mil-lat ekonomiku, operazzjonali, ambjentali u soċjali;
    2. L-opportunitajiet ta’ xogħol u investment f’Għawdex li jistgħu jinħolqu permezz ta’ dawn l-alternattivi;
    3.  Il-fatturi li xorta jżommu investituri milli jinvestu f’Għawdex meta dawn l-alternattivi, jew għall-inqas xi waħda minnhom, ikunu twettqu…
  • Kompli aqra »

X’jonqosna nissagrifikaw minn pajjiżna?

  • Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) ma tistax tifhem kif f’daqqa waħda hemm min huwa allarmat li l‑pajjiż qed jiffaċċja kriżi ta’ fejn għandu jintrema l‑iskart tal‑kostruzzjoni. Dak li ilu ovvju għal min iħares fil‑futur, ma tantx jidher li kien ovvju għal min jiġġenera dan l‑iskart u għall‑awtoritajiet li misshom ilhom jippjanaw biex din il‑kwistjoni ma tikbirx għall‑istat li qiegħda fih illum…

  • Kompli aqra »