Titwaqqaf il-Kummissjoni għall-Promozzjoni tal-Iżvilupp Integrali tal-Bniedem
Il-Konferenza Episkopali Maltija waqqfet il-Kummissjoni Interdjoċesana għall-Promozzjoni tal-Iżvilupp Integrali tal-Bniedem. Din se titmexxa mis-Sur Mark Cachia bħala ċ-Chairperson Eżekuttiv tagħha. Hu se jkun akkumpanjat f’xogħlu minn kunsill ta’ persuni ġejjin minn diversi oqsma tal-ħajja.
Il-ħidma ewlenija tal-Kummissjoni hi li tippromwovi l-bniedem u d-dinjità tiegħu f’dak kollu marbut mal-ekonomija u x-xogħol, il-faqar u l-inġustizzja, u l-ħarsien tal-ħolqien bħala d-dar komuni tagħna. Parti minn xogħolha se jkun ukoll li tiddjaloga ma’ diversi setturi tas-soċjetà inkluż professjonisti u ħaddiema, kif ukoll il-promozzjoni tal-missjoni tal-lajċi fid-dinja sekulari kif imfissra fid-dokument tal-Knisja Lumen Gentium… Kompli aqra »





