Author: Mark Cachia

Il‑Kummissjoni tal‑Knisja tgħid li d‑dinjità tal‑bniedem m’għandhiex passaport

Il-Kummissjoni Interdjoċesana għall-Promozzjoni tal-Iżvilupp Integrali tal-Bniedem hi mħassba dwar il-miżuri mħabbra fil-Baġit 2027 li jolqtu liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCN), u jdgħajfu l-prinċipji tas-solidarjetà, id-dinjità tal-bniedem u l-għaqda fis-soċjetà.

Il-Kummissjoni tikkundanna d-deċiżjoni li jiġu imposti iktar piżijiet finanzjarji fuq ħaddiema minn barra l-Unjoni Ewropea filwaqt li jkollhom aċċess ristrett għal ċerti benefiċċji u servizzi, fosthom it-trasport pubbliku u ċ-childcare b’xejn.

Il-Kummissjoni hija partikolarment imħassba bir-restrizzjonijiet fuq iċ-childcare, li jistgħu jżidu pressjoni żejda fuq il-familji u jdgħajfu l-kapaċità tagħhom li jibnu ħajja stabbli f’Malta… Kompli aqra »

Insibu l-Boxxla

Insibu l-Boxxla huwa programm fuq RTK103 li jittratta diversi temi soċjali, filwaqt li jagħti tagħrif dwar kif it-Tagħlim Soċjali tal-Knisja jista’ jgħinna nagħmlu sens minn dak li qed jiġri madwarna u jorjentana fid-direzzjoni t-tajba.

Ippreżentat minn Mark Cachia, Chairperson Eżekuttiv tal-Kummissjoni Interdjoċesana għall-Promozzjoni Integrali tal-Bniedem, Insibu l-Boxxla jixxandar il-Ġimgħa fil-5pm, b’ripetizzjoni t-Tlieta fid-9:30pm fuq RTK103.

Tista’ ukoll tara l-episodji hawnhekk… Kompli aqra »

Podcast fuq l-Istaġun tal-Ħolqien

Spiss, quddiem dak kollu li nesperjenzaw madwarna speċjalment fejn jidħol l-ambjent, naqtgħu qalbna li s-sitwazzjonijiet jistgħu qatt jitjiebu. Madankollu, Anthony jistqarr li għandna nkunu bnedmin ta’ tama quddiem l-għarfien li l-isforzi tagħna – żgħar kemm huma hu żgħar – se jagħmlu impatt. Jekk inwaħħdu dawn l-impenji ma’ ħaddieħor, inkunu verament qed ngħixu bħala Knisja.

F’din it-taħdita, Anthony Mifsud u Mark Cachia jitkellmu dwar l-Istaġun tal-Ħolqien u s-sejħa tan-Nisrani biex jipproteġi dak li ġie fdat lilna… Kompli aqra »

Meta s-skiet mhux deheb

In recent weeks, Archbishop Charles Scicluna and Bishop Joseph Galea-Curmi have spoken plainly about some of Malta’s most urgent challenges: truth and lies, integrity and corruption, the influence of money and informal networks, the environment and the country we are leaving to future generations.

Some of these words are uncomfortable. Perhaps they should be.

The Church is called to proclaim the Gospel without fear or favour, and that Gospel has consequences for how we live together and treat each other… Kompli aqra »

Netwerks informali b’saħħithom: Periklu tal-ħtif tan-nazzjon

The Archbishop’s address at this year’s State of the Nation Conference deserves our full attention. To those who will accuse him of hypocrisy, he himself acknowledged that reputation is hard to build but so easily lost: “I’m acutely aware that the Church is not immune to this. And we have an unfortunate habit of learning this painful lesson the hard way.”

The most striking statement of his address was this: “When informal networks become more powerful than formal institutions, the danger is no longer simply corruption… Kompli aqra »

X’tip ta’ Malta qed nibnu?

In June, the Maltese Episcopal Conference established the Interdiocesan Commission for Promoting Integral Human Development (IHD). It brings together the invaluable work previously carried out by the Justice and Peace Commission and the Environment Commission under one vision: promoting the dignity of every human person and the care of creation as our common home.

The commission’s remit includes issues relating to work, the economy, poverty and environmental justice… Kompli aqra »

Staġun tal-Ħolqien 2026: Mill-Fidi għall-Azzjoni

Mill-1 ta’ Settembru sal-4 ta’ Ottubru, l-Insara madwar id-dinja jiċċelebraw l-Istaġun tal-Ħolqien, inizjattiva ekumenika li tistedinna napprofondixxu r-relazzjoni tagħna ma’ Alla l-Ħallieq, ma’ xulxin u mad-dinja li ġiet fdata f’idejna. Dan iż-żmien jintemm fil-festa ta’ San Franġisk ta’ Assisi u, fl-2026, għandu tifsira partikolari hekk kif infakkru t-800 anniversarju mill-mewt tiegħu.

Biex tfakkar l-Istaġun tal-Ħolqien ta’ din is-sena, il-Kummissjoni Interdjoċesana għall-Promozzjoni tal-Iżvilupp Integrali tal-Bniedem se tniedi kampanja bil-għan li ssaħħaħ l-għarfien li l-ħarsien tal-ħolqien mhuwiex xi ħaġa marġinali għall-fidi Nisranija, iżda huwa parti integrali mir-responsabbiltà tagħna bħala Nsara… Kompli aqra »

Il-Kummissjoni tal-Knisja tilqa’ r-riforma dwar l-appelli tal-ippjanar u ssejjaħ għal aktar azzjoni

Il‑Kummissjoni Interdjoċesana għall‑Promozzjoni tal‑Iżvilupp Integrali tal‑Bniedem laqgħet il‑proposta tal‑Gvern dwar ir‑riforma tal‑appelli tal‑ippjanar, filwaqt li sejħet għal infurzar aktar effettiv, kif ukoll għal aktar responsabbiltà, trasparenza u indipendenza fl‑awtoritajiet regolatorji u l‑entitjiet li jieħdu d‑deċiżjonijiet f’Malta. 

Il‑Kummissjoni ddeskriviet il‑proposti bħala pass li ilu mistenni u li se jwassal għal sistema ta’ ppjanar aktar ġusta u kredibbli, iżda enfasizzat li dawn iridu jkunu parti minn riforma usa’ ta’ ppjanar… Kompli aqra »

Ieqfu

“Nature is screaming. Stop! Stop!”

These words from Pope Francis in documentary The Letter: A Message for Our Earth are no longer a warning about a distant future. They describe the reality unfolding before our very eyes.

This summer has brought record-breaking heatwaves. Wildfires have devastated large parts of the Mediterranean. Sea temperatures have reached unprecedented levels… Kompli aqra »

Qtugħ tad-dawl: il-ħtieġa ta’ pjanar serju u fit-tul għall-adattament għat-tibdil fil-klima

Il-Kummissjoni Interdjoċesana għall-Promozzjoni tal‑Iżvilupp Integrali tal‑Bniedem tesprimi tħassib profond dwar il-qtugħ mifrux tal-provvista tal-elettriku li qed jolqot komunitajiet madwar Malta u Għawdex. Dan il-qtugħ tad-dawl hu ferm aktar minn sempliċi inkonvenjent għax qed ipoġġi s-saħħa tan-nies f’riskju u jhedded id-dinjità tagħhom.

Il-Kummissjoni tal-Knisja tagħraf li l-familji qed jgħaddu ljieli bla rqad minħabba s-sħana qawwija, l-anzjani u persuni li jbatu minn mard kroniku qed jiffaċċjaw riskji akbar għal saħħithom, filwaqt li ħafna ħaddiema qed imorru għax-xogħol wara ljieli mingħajr mistrieħ adegwat… Kompli aqra »