Archives

Il‑Kummissjoni tal‑Knisja tgħid li d‑dinjità tal‑bniedem m’għandhiex passaport

Il-Kummissjoni Interdjoċesana għall-Promozzjoni tal-Iżvilupp Integrali tal-Bniedem hi mħassba dwar il-miżuri mħabbra fil-Baġit 2027 li jolqtu liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCN), u jdgħajfu l-prinċipji tas-solidarjetà, id-dinjità tal-bniedem u l-għaqda fis-soċjetà.

Il-Kummissjoni tikkundanna d-deċiżjoni li jiġu imposti iktar piżijiet finanzjarji fuq ħaddiema minn barra l-Unjoni Ewropea filwaqt li jkollhom aċċess ristrett għal ċerti benefiċċji u servizzi, fosthom it-trasport pubbliku u ċ-childcare b’xejn.

Il-Kummissjoni hija partikolarment imħassba bir-restrizzjonijiet fuq iċ-childcare, li jistgħu jżidu pressjoni żejda fuq il-familji u jdgħajfu l-kapaċità tagħhom li jibnu ħajja stabbli f’Malta… Kompli aqra »

Il-baġit mhux biżżejjed biex jindirizza t-tbatijiet ekonomiċi

The Justice and Peace Commission, within the Archdiocese of Malta, welcomes the social measures in Malta’s 2025 Budget, but believes more should be done to secure a dignified standard of living for those facing economic hardships.

The Commission also stresses the need for ongoing improvements to address the broader social needs of vulnerable groups — especially the elderly, homeless, and migrant workers — who face significant barriers daily… Kompli aqra »

Baġit 2023: Mument kruċjali ta’ għażla

Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tagħraf li l-Baġit 2023 ġie kkundizzjonat minn bosta kriżijiet.

Filwaqt li tilqa’ l-bosta miżuri soċjali mħabbra, il-Kummissjoni tixtieq tmur lil hinn minn kummentarju simplistiku dwar miżuri individwali, billi tistieden lill-Gvern jikkonsidra erba’ prinċipji gwida li l-Kummissjoni temmen li għandhom jiggwidaw l-għażla tagħna għall-mudell soċjo-ekonomiku li jwassal għal soċjetà aktar ġusta, sostenibbli u li tipprovdi lok għal rikonċiljazzjoni fejn saret ħsara… Kompli aqra »

Baġit 2022: Lil Hinn Min-Numri

Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tilqa’ l-Baġit 2022, u tagħraf iż-żminijiet ta’ sfida li pajjiżna u d-dinja għaddew u se jkomplu jgħaddu minnhom fil-futur qarib. Il-Kummissjoni qed toffri l-fehma tagħha fid-dawl tal-inizjattiva “Beyond GDP” li tnediet is-sena li għaddiet bil-għan li tippromwovi l-ħtieġa li pajjiżna jfassal mill-ġdid il-mudell ekonomiku tiegħu lejn viżjoni aktar olistika u sostenibbli.

Bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol

Diversi inizjattivi mressqa fil-baġit jippremjaw lil dawk li jixtiequ jaħdmu aktar… Kompli aqra »

Baġit 2020: Naħsbu fil-ġid komuni fit-tul

B’rabta mad‑dokument ta’ qabel il‑Baġit 2020 ‘Sustaining Inclusive Growth’, il‑Kummissjoni Djoċesana Ġustizzja u Paċi laqgħet l‑istedina għall‑konsultazzjoni u għaldaqstant ħejjiet numru ta’ osservazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet li qed tippreżenta għal konsiderazzjoni. Ir‑rakkomandazzjonijiet tqassmu fi tliet gruppi li jirriflettu tlieta mill‑miri għall‑iżvilupp sostenibbli tan‑Nazzjonijiet Magħquda għall‑2030 (Sustainable Development Goals ‑ SDGs) tan‑Nazzjonijiet Magħquda. Ta’ min wieħed jinnota li dawn ir‑rakkomandazzjonijiet tfasslu wara eżerċizzju ta’ konsultazzjoni ma’ numru ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu b’mod kontinwu ma’ gruppi differenti fis‑soċjetà fi ħdan il‑Knisja f’Malta… Kompli aqra »

Inġeddu l-mod ta’ x’nifhmu bi progress

Il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi temmen li l‑prosperità finanzjarja li għaddej bħalissa minnha l‑pajjiż għandha tissarraf fi kwalità ta’ ħajja aħjar għal kulħadd. Fid‑dokument tagħha bil‑proposti għal qabel il‑Baġit 2019, il‑kummissjoni ppreżentat rakkomandazzjonijiet marbuta ma’ ħames oqsma ewlenin: it‑trasport, l‑ambjent, is‑saħħa, l‑akkomodazzjoni affordabbli u l‑migrazzjoni.

Trasport: Huma meħtieġa aktar soluzzjonijiet fit‑tul flok dawk temporanji. Dawn jistgħu jinkludu titjib fl‑infrastruttura tagħna biex tkun tista’ tippermetti li t‑trasport pubbliku, il‑carpooling, il‑mixi u ċ‑ċikliżmu verament ikomplu jsiru alternattivi validi għall‑vetturi privati… Kompli aqra »

Meħtieġa viżjoni ħolistika li twassal għal kwalità ta’ ħajja aħjar

Il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tqis li l‑Baġit 2018 fih miżuri pożittivi u inkoraġġanti fuq diversi aspetti. Dawn jinkludu il‑proposti dwar: l‑iskema dwar l‑iskart u l‑kontenituri tax‑xorb li għandha tħalli impatt fuq l‑ambjent, it‑trasport kollettiv, il‑vjolenza domestika, u l‑adozzjoni u l‑fostering.

Il‑Kummissjoni tqis ukoll li l‑Baġit jindirizza xi aspetti li jaffetwaw il‑kwalità tal‑ħajja, bħal pereżempju l‑ġurnata addizzjonali ta’ leave… Kompli aqra »