Archives

Insibu l-Boxxla

Insibu l-Boxxla huwa programm fuq RTK103 li jittratta diversi temi soċjali, filwaqt li jagħti tagħrif dwar kif it-Tagħlim Soċjali tal-Knisja jista’ jgħinna nagħmlu sens minn dak li qed jiġri madwarna u jorjentana fid-direzzjoni t-tajba.

Ippreżentat minn Mark Cachia, Chairperson Eżekuttiv tal-Kummissjoni Interdjoċesana għall-Promozzjoni Integrali tal-Bniedem, Insibu l-Boxxla jixxandar il-Ġimgħa fil-5pm, b’ripetizzjoni t-Tlieta fid-9:30pm fuq RTK103.

Tista’ ukoll tara l-episodji hawnhekk… Kompli aqra »

Podcast fuq l-Istaġun tal-Ħolqien

Spiss, quddiem dak kollu li nesperjenzaw madwarna speċjalment fejn jidħol l-ambjent, naqtgħu qalbna li s-sitwazzjonijiet jistgħu qatt jitjiebu. Madankollu, Anthony jistqarr li għandna nkunu bnedmin ta’ tama quddiem l-għarfien li l-isforzi tagħna – żgħar kemm huma hu żgħar – se jagħmlu impatt. Jekk inwaħħdu dawn l-impenji ma’ ħaddieħor, inkunu verament qed ngħixu bħala Knisja.

F’din it-taħdita, Anthony Mifsud u Mark Cachia jitkellmu dwar l-Istaġun tal-Ħolqien u s-sejħa tan-Nisrani biex jipproteġi dak li ġie fdat lilna… Kompli aqra »

Il-Kummissjoni tal-Knisja tilqa’ r-riforma dwar l-appelli tal-ippjanar u ssejjaħ għal aktar azzjoni

Il‑Kummissjoni Interdjoċesana għall‑Promozzjoni tal‑Iżvilupp Integrali tal‑Bniedem laqgħet il‑proposta tal‑Gvern dwar ir‑riforma tal‑appelli tal‑ippjanar, filwaqt li sejħet għal infurzar aktar effettiv, kif ukoll għal aktar responsabbiltà, trasparenza u indipendenza fl‑awtoritajiet regolatorji u l‑entitjiet li jieħdu d‑deċiżjonijiet f’Malta. 

Il‑Kummissjoni ddeskriviet il‑proposti bħala pass li ilu mistenni u li se jwassal għal sistema ta’ ppjanar aktar ġusta u kredibbli, iżda enfasizzat li dawn iridu jkunu parti minn riforma usa’ ta’ ppjanar… Kompli aqra »