Identità

Ankrati f’Dinja Mqalba

Qed ngħixu fi żmienijiet ta’ konfużjoni u pressjoni kostanti li tħalli ħafna nies, speċjalment liż-żgħażagħ, bla direzzjoni u mimlijin ansjetà. Il-fidi Nisranija toffri bażi soda u valuri li mhux imfassla fuq dak li tgħid id-dinja, imma ispirati mil-Kelma t’Alla li ħalaqna. Meta wieħed jifhem li l-identità tiegħu tinsab fi Kristu, jinħeles mill-bżonn li jfittex l-approvazzjoni tan-nies. Il-fidi ma tfissirx li tinġibed lura mid-dinja, imma li tgħix b’mod differenti fiha, b’umiltà u kuraġġ… Kompli aqra »

Tama f’Dinja ta’ Influwenzi Superfiċjali

Il-serje limitata ta’ Netflix “Adolescence” tesplora b-mod profond, it-tema tar-radikalita’ u l-intimidazzjoni fuq il-midja soċjali, kif ukoll l-impatt tossiku tal-komunitajiet diġitali fuq iż-żgħażagħ. Ħafna huma dawk ż-żgħażagħ li ta’ kuljum ifittxu ispirazzjoni minn ‘influensers’ u personalitajiet online, li sfortunatament iwasslu biss, messaġġi li jiffavorixxu l-ambizzjoni materjali u ħajja superficjali. Il-vera tama u ispirazzjoni ma tinstabx f’dawn il-prattiċi, iżda f’ħajja ta’ servizz, integrità u għan. Biex inwieġbu għall-impatti negattivi ta din il-kultura ta’ ‘influensers’, għandna nħeġġu aktar edukazzjoni kritika, speċċjalment tal-midja soċjali, u nippreżentaw mudelli ta’ ħajja bħal Dietrich Bonhoeffer, Nelson Mandela u Malala Yousafzai li lkoll juru li t-tama vera tigi minn impenn dejjiemi għal valuri għolja u solidarjetà ma xulxin, anke fl-aktar żminijiet ta’ sfida… Kompli aqra »